Civico Europa&Make.org
We Europeans
Kif nistgħu noħolqu l-Ewropa mill-ġdid, b’mod konkret?
Ingħaqad mal-kampanja WeEuropeans, l-akbar konsultazzjoni maċ-ċittadini li qatt saret fl-Ewropa.
IVVOTA U PPROPONI
S-SOLUZZJONIJIET TIEGĦEK!

5 proposti b’appoġġ kbir ħafna bħalissa

Reuben Cutajar
Jenħtieġ iktar semplifikazzjoni u inqas burokrazija fuq kull livell tal-amministrazzjoni Ewropea.
Joseph Mallia
Jenħtieġ li kull immigrant li ma jikkwalifikax bħala refuġjat jintbagħat lura lejn pajjiżu.
Rachel
Jenħtieġ nerġaw nibdew nużaw il-ħġieġ flok il-plastik għax il-ħġieġ jista' jerġa jintuża u huwa riċiklabbli
Kri
Jenħtieġ Li jkun hemm min verament jara l-flus tat-taxxi fejn qed imorru
Ray
Jenħtieġ housing affordabbli, diċenti u xieraq għal dak li jkun

5 proposti li qed iqajmu kontroversja bħalissa

Kevin Saliba
Jenħtieġ li l-PE jingħata aktar saħħa
Bernard
Jenħtieġ tinħoloq taxxa fuq djar u propjetajiet battala.
Jenħtieġ li immigrant jekk jagħmel ħames snin ġo pajjiż jibda jħallas bħaċ-ċittadin (eż: taxxa) u jkun qed jitqies bħala resident.

We Europeans

Ewropej, ejjew nieħdu lura f’idejna d-destin tagħna!

WeEuropeans hija kampanja ċivika u mhux partiġġjana ta’ mobilizzazzjoni u riapproprjazzjoni tal-proġett Ewropew miċ-ċittadini tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Kullimkien, il-kriżijiet qegħdin iħeġġuna biex ningħalqu fina nfusna. In-nuqqas ta’ fiduċja fl-Ewropa qiegħda trabbi l-għeruq fi żmien meta neħtieġu, aktar minn qatt qabel, li naħdmu flimkien biex noħolqu l-kundizzjonijiet għal ġejjieni pożittiv għalina lkoll. Iċ-ċittadini jħossu li m’għadhomx fit-tmun tad-destin tagħhom u li l-istorja issa qiegħda tinkiteb mingħajrhom. Huwa aħna lkoll, iċ-ċittadini tal-Unjoni, li aħna u nagħmlu l-Ewropa. Huwa f’idejna li naġixxu u nipproponu toroq għall-ġejjieni.

Għalhekk aħna qegħdin insejħu liċ-ċittadini kollha tal-Ewropa biex jingħaqdu f’din il-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili sabiex jiktbu flimkien paġna ġdida fl-istorja tagħna. Ipparteċipa fl-akbar konsultazzjoni popolari Ewropea li qatt saret! Sforz ċivili u demokratiku.

Iċ-ċittadini Ewropej kollha ser ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw billi jwieġbu l-mistoqsija “Kif nistgħu noħolqu l-Ewropa mill-ġdid?”, u billi jivvotaw dwar il-proposti li jqisu bħala l-aktar relevanti. Ser isiru konsultazzjonijiet popolari b’mod simultanju f’kull pajjiż Ewropew, u mbagħad ser tiġi organizzata votazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej kollha dwar l-aktar proposti popolari tal-ewwel stadju.

Fit-22 ta’ Marzu 2019, wara din il-konsultazzjoni, il-proposti vvotati mill-Ewropej kollha ser jitressqu lill-Parlament Ewropew fil-forma ta’ Aġenda tas-Soċjetà Ċivili f’Kungress tal-Ewropej. Aħna ser nistiednu lill-mexxejja politiċi, lill-kandidati kollha għall-elezzjonijiet Ewropej u lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern biex jittrattaw it-tħassib komuni taċ-ċittadini ta’ pajjiżhom.

L-Ewropa mhix ser issir iżjed mingħajrkom.

Kif taħdem?

Ipparteċipa fil-konsultazzjoni
Kontenut rispettuż u kostruttiv
Indipendenza u riżultati tal-konsultazzjoni
It-trasparenza u s-sigurtà tad-data

Il-proġett

15 TA 'DIĊEMBRU, 2018
Pubblikazzjoni ta’ sejħa fil-mezzi tal-istampa ta’ bosta pajjiżi tal-UE biex titnieda l-kampanja mas-soċjetà ċivili.
FRAR 2019
Konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili online ma’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej mal-kontinent kollu
22 TA’ MARZU 2019
Organizzazzjoni ta’ Kungress tal-Ewropej fil-Parlament Ewropew. Ċittadini li pparteċipaw u personalitajiet minn kull qasam tal-ħajja ser jindirizzaw lill-Parlamentari Ewropej u ser jaqsmu magħhom Aġenda tas-soċjetà ċivili Ewropea msejsa fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni.
22 TA’ MARZU - APRIL 2019
Pubblikazzjoni tal-Aġenda tas-soċjetà ċivili Ewropea fil-midja Ewropea u x-xandir tagħha maċ-ċittadini Ewropej kollha mal-kontinent kollu. Trażmissjoni tal-Aġenda tas-soċjetà ċivili Ewropea lill-mexxejja politiċi tal-pajjiżi kollha u lill-kandidati fl-elezzjonijiet Ewropej li ser jintalbu jieħdu pożizzjoni fil-kampanji rispettivi tagħhom.
9 TA’ MEJJU 2019
Preżentazzjoni tal-Aġenda tas-soċjetà ċivili Ewropea lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fil-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Mejju f’Sibiu li ser tiffoka fuq il-ġejjieni tal-Ewropa
23-26 TA’ MEJJU 2019
Elezzjonijiet Ewropej
15 ta 'Diċembru, 2018
Pubblikazzjoni ta’ sejħa fil-mezzi tal-istampa ta’ bosta pajjiżi tal-UE biex titnieda l-kampanja mas-soċjetà ċivili.
Frar 2019
Konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili online ma’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej mal-kontinent kollu
22 TA’ MARZU 2019
Organizzazzjoni ta’ Kungress tal-Ewropej fil-Parlament Ewropew. Ċittadini li pparteċipaw u personalitajiet minn kull qasam tal-ħajja ser jindirizzaw lill-Parlamentari Ewropej u ser jaqsmu magħhom Aġenda tas-soċjetà ċivili Ewropea msejsa fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni.
22 ta’ Marzu - April 2019
Pubblikazzjoni tal-Aġenda tas-soċjetà ċivili Ewropea fil-midja Ewropea u x-xandir tagħha maċ-ċittadini Ewropej kollha mal-kontinent kollu. Trażmissjoni tal-Aġenda tas-soċjetà ċivili Ewropea lill-mexxejja politiċi tal-pajjiżi kollha u lill-kandidati fl-elezzjonijiet Ewropej li ser jintalbu jieħdu pożizzjoni fil-kampanji rispettivi tagħhom.
9 ta’ Mejju 2019
Preżentazzjoni tal-Aġenda tas-soċjetà ċivili Ewropea lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fil-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Mejju f’Sibiu li ser tiffoka fuq il-ġejjieni tal-Ewropa
23-26 ta’ Mejju 2019
Elezzjonijiet Ewropej

Ħu sehem fl-avveniment tas-soċjetà ċivili fil-Parlament Ewropew fit-22 ta’ Marzu

Tixtieq tieħu sehem fl-avveniment tat-22 ta’ Marzu fil-Parlament Ewropew? Ħallina l-indirizz tal-email tiegħek biex nikkuntattjawk.
L-applikazzjoni tiegħek intbagħtet. Grazzi!
Uwps! Irriżultat problema teknika. Il-formola tiegħek ma ntbagħtitx.

By registering you agree to receive information about WeEuropeans. To exercise your rights to access, modify or suppress your personal data, please contact Make.org directly.

L-organizzaturi

CIVICO Europa hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, indipendenti u transnazzjonali bl-objettiv li tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jerġgħu jiksbu r-riedni tal-proġett Ewropew. Din tiġbor flimkien personalitajiet Ewropej li huma konvinti, lil hinn mit-tendenzi politiċi tagħhom, li wasal iż-żmien li l-Unjoni tinbidel f’forza demokratika bbażata fuq il-parteċipazzjoni kontinwa taċ-ċittadini.

CIVICO tat prova tal-influwenza tagħha billi nediet sejħa għal rinaxximent Ewropew fid-9 ta’ Mejju 2016, tant li qajmet rispons pożittiv mill-opinjoni pubblika u mid-deċiżuri Ewropej li talbu biex jiltaqgħu mal-inizjaturi tagħha. Ir-rapport tagħha “It-triq Ewropea għal ġejjieni aħjar” tirrakkomanda li titwaqqaf rappreżentazzjoni maħtura minn infrastruttura permanenti demokratika, deliberattiva u parteċipattiva, transnazzjonali u multilingwi, li tikkontribwixxi lejn it-trawwim ta’ żona ta’ dibattitu pubbliku Ewropew.

L-inizjattiva #WeEuropeans, li ssegwi s-sejħa ta’ CIVICO tad-9 ta’ Mejju 2016, hija l-ewwel pass deċiżiv f’din it-triq tar-rifondazzjoni demokratika Ewropea peress li tagħti lok għall-akbar konsultazzjoni transnazzjonali li qatt saret minn MAKE.ORG.
CIVICO Europa online:
Sit web uffiċjali: civico.eu
Twitter: @civico_europa
Facebook: civico.europa
Instagram: civico_europa

Ko-Presidenti CIVICO Europa:

Francesca Ratti & Guillaume Klossa

Kuntatt
Tremeur Denigot / Direttur tal-Komunikazzjoni
tremeur.denigot@civico.eu
+ 39 349 441 26 60
MAKE.ORG hija pjattaforma tas-soċjetà ċivili u mexxejja Ewropea ewlenija tat-Teknoloġija CivicTech. Il-missjoni tagħha hija li timpenja lis-soċjetà ċivili fit-trasformazzjoni pożittiva tas-soċjetà. Għal dan il-għan, MAKE.ORG żviluppat pjattaforma diġitali unika li tista’ tinvolvi – fi kwistjonijiet sempliċi ta’ interess ġenerali – bosta miljuni ta’ ċittadini f’diversi lingwi u tikseb kunsens popolari.

MAKE.ORG diġà għamlet għexieren ta’ konsultazzjonijiet maċ-ċittadini fl-Ewropa li involvew miljuni ta’ ċittadini u mijiet ta’ assoċjazzjonijiet (is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar...), istituzzjonijiet (Ministeri, bliet kbar ...) u intrapriżi kbar. Barra minn hekk, MAKE.ORG ħolqot l-Inizjattiva għal Demokrazija Sostenibbli, li hija l-ewwel alleanza strateġika globali bejn Stati, bliet u t-Teknoloġiji CivicTech.

MAKE.ORG bniet ukoll governanza estensiva biex tiżgura l-indipendenza, in-newtralità u t-trasparenza fundamentali tagħha. Din l-ambizzjoni hija espressa permezz tal-Karta dwar l-Etika tagħha: MAKE.ORG hija pjattaforma Demokratika, Ċivika u Ewropea, Newtrali, Indipendenti u Trasparenti li topera b’Rispett għad-data personali. L-operat tagħha jiġi ssorveljat bosta drabi fis-sena minn Kumitat tal-Etika indipendenti.
MAKE.ORG online:
Sit web uffiċjali: make.org
Twitter: @Make_org
Facebook: @Make.org
Instagram: @make_org

Kuntatt

Amina-Mathilde N’Diaye / Direttriċi Stampa u Midja
an@make.org / +33 7 68 61 60 05

The initiators of this Tribune

Guillaume Klossa
Guillaume Klossa
Co-President of CIVICO Europa, writer and foundator of EuropaNova
Axel Dauchez
Axel Dauchez,
CEO and foundator of Make.org
László Andor
László Andor
(HU), economist, for-
mer European Commissioner
Mercedes Bresso
Mercedes Bresso
(IT), Member of the European Parliament, former
President of the European Committee of theRegions
Daniel Cohn-Bendit
Daniel Cohn-Bendit
(FR/DE), formerPresident of the « Greens » group, European Parliament
Paul Dujardin
Paul Dujardin
(BE), General Director of BOZAR
Markus Gabriel
Markus Gabriel
(DE), Philosopher
Danuta Hübner
Danuta Hübner
(PL), for-
mer European Commissioner, President ofthe Constitutional Affairs Committee, European Parliament
Alain Juppé
Alain Juppé
(FR), former Prime Minister,Mayor of Bordeaux
Robert Menasse
Robert Menasse
(AT), Writer
Sofi Oksanen
Sofi Oksanen
(FI), Writer
Francesca Ratti
Francesca Ratti
(IT), former Deputy Secretary
General of the European Parliament, founding
member and Co-President of CIVICO Europa
Roberto Saviano
Roberto Saviano
(IT) Writer
Maria João Rodrigues
Maria João Rodrigues
(PT), former Minister, Vice-President of the « Socialist and democrats » Group, European Parliament
Taavi Roivas
Taavi Roivas
(EST) Former Prime Minister
Petre Roman
Petre Roman
(RO) Former Prime Minister
Guy Verhofstadt
Guy Verhofstadt
(BE) Former Prime Minister
Luca Visentini
Luca Visentini
(IT), General Secretary of the European Trade Union Confederation